Lokali Temp

It-temperaturi f’Malta se jerġgħu jiżdiedu

Wara jiem ta’ riħ pjuttost qawwi u żiffa friska matul il-lejl, jidher li fil-ġranet li ġejjin it-temperaturi f’pajjiżna se jerġgħu jgħollu rashom.

Diversi siti qed jindikaw li bejn il-Ħadd u t-Tnejn se nħossu s-sħana tiżdied sew. Fil-fatt, fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla it-temperatura mistennija titla’ għal 35 grad. U l-inqas bil-lejl se tkun 25 grad celcius.

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta r-riħ se jkun qed idur min-nofsinhar; fenomenu li żgur se jżid l-effett tas-sħana, għalkemm b’temperaturi inqas minn dawk li kellna x-xahar li għadda.

Matul ix-xahar ta’ Ġunju ġiet irreġistrata l-ogħla temperatura għal dak ix-xahar, illi kienet 41.5 grad celsius fl-aħħar jum ta’ Ġunju.