Lokali

Iż-żgħażagħ u l-anzjani fil-PN jaqsmu l-ideat

Iż-żewġ fergħet taż-żagħżagħ, u dik tal-anzjani fi ħdan il-Partit Nazzjonalista iltaqgħu flimkien sabiex jiddiskutu kwestjonijet differenti li qed iħallu impatt fuq is-sezzjonijiet differenti tal-popolazzjoni li jirrappreżentaw dawn l-istess għaqdiet.

Membri rappreżentattivi ta’ MŻPN, Teamstart u APAN tkellmu dwar modi differenti kif iż-żgħażagħ u dawk aktar anzjani jistgħu jaħdmu flimkien.

Din il-laqgħa li saret fuq idea tal-President tal-APAN John Mizzi, laqqgħet flimkien persuni li ilhom involuti snin twal fil-Partit Nazzjonalista u li jiffurmaw parti mill-APAN, il-fergħa tal-anzjani, ma dawk aktar żgħażagħ fl-MŻPN u Teamstart.

Wara diskussjoni li fiha dawk preżenti qasmu l-ideat tagħhom, l-għaqdiet taż-żgħażagħ qalu li l-membri tal-APAN iġibu magħhom esperjenza twila ta’ ħidma fil-Partit li fuqha jistgħu  jagħtu pariri siewja, filwaqt li l-membri aktar anzjani fi ħdan il-Partit faħħru l-ideat friski li għandhom il-membri żgħazagħ. Huma ddeskrivew lill-MŻPN u Teamstart bħala l-forza li tixpruna ‘l quddiem Partit Nazzjonalista rriġenerat.  U qalu li dawn għandhom ħafna x’joffru kemm illum imma wkoll  fis-snin li ġejjin.

F’isem MŻPN attendew il-President Joseph Grech, flimkien ma’ Gabriel Micallef, Jake Scerri, Ayrton Saffrett, Gianluca Sciberras u Fredrick Aquilina.

Teamstart kienu rrappreżentati minn Eve Borg Bonello, l-President tal-fergħa, kif ukoll Charlene Camilleri, Alexander Jacobsen, Jordan Galea Pace u Martina Micallef.

Jakkumpanjaw lil John Mizzi f’isem l-APAN kien hemm Remiġ Bartolo, Joe Zahra, Pawlu Caruana, Maria Anna Giacchino, Etoile Farrugia u Joe Fenech.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-PN Michael Piccinino.