Futbol Sport

Matthew Guillaumier huwa vvutat bħala l-Player tas-Sena tal-MFA

Il-midfielder tat-tim nazzjonali Malti u ta’ Ħamrun Spartans Matthew Guillaumier kien ivvutat bħala l-Player tas-Sena tal-MFA hekk kif kien preżentat b’dan l-unur mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo waqt il-Laqgħa Ġenerali Anwwali tal-istess assoċjazzjoni li nżammet l-Erbgħa filgħaxija.

Il-kowċ ta’ Ħamrun, Mark Buttigieg kien ivvutat bħala l-kowċ tas-sena filwaqt li Ailton Jorge dos Santo Soares kien ivvutat bħala l-aqwa barrani tal-istaġun. Alex Satariano ta’ Frosinone li fl-istaġun li għadda kien ma’ Sliema rebaħ iż-żagħżugħ tas-sena.