Lokali

Ministru ifarfar fuq ieħor

Il-Ministru Clayton Bartolo taħt pressjoni dejjem akbar hekk kif is-sitwazzjoni fil-qasam tat-turiżmu, li tiegħu hu  responsabbli hu… qed jiffaċċja kriżi wara oħra.

Wara li nhar it-Tlieta qalilna li l-approach li ttieħdet fejn jidħol il-ftuħ tal-ajruport.. kienet waħda tajba….24 siegħa wara l-istess Bartolo biddel il-pożizzjoni u issa qed jitfa’ t-tort fuq Ministeru ieħor.

Mistoqsi minn Net News dwar il-fatt li ammont sostanzjali ta’ każi pożittivi li għandna f’pajjiżna huma ta’ studenti barranin, Clayton Bartolo tefagħha fuq il-Ministeru tas-saħħa u saħaq li dawn l-istudenti issa qed ikunu vittmi ta’ diskriminazzjoni.

Wara li kien hu stess li inċentiva lil dawn l-istudenti mhux imlaqqma u li issa jammontaw għal kwart tal-każi attivi f’pajjiżna… Bartolo pprova jeżonera ruħu minn kull ħtija… u kompla jsostni li din l-aġir huwa wieħed tal-mistħija..

Il-Ministru kompla jipprova jfarfarha minn fuqu u qal li dawn l-istudenti li ġew f’pajjiżna sabiex jitgħallmu l-Ingliż…daħlu f’pajjiżna skont r-regolamenti li għamel il-Gvern stess..Gvern li hu jagħmel parti minnu.

Mistoqsi jekk il-miżura li biex wieħed jidħol f’pajjiżna jrid bilfors ikun imlaqqam setgħetx tiġi introdotta qabel.. Clayton Bartolo wieġeb li din ma setgħetx.

It-tweġibiet ta’ Clayton Bartolo huma xhieda ċara ta’ kif il-Gvern qed imexxi b’politika ta’ trial and error …. u dan… sena wara li fallew bl-ikrah il-mechanims… li kienet ftaħret bihom il-predeċessur ta’ Bartolo Julia Farrugia…li ftit wara tneħħielha d-dekasteru tat-Turiżmu.