Lokali

Pulizija msejħa fi stabbiliment f’Qui-Si-Sana wara ġlieda

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa u qed tkellem numru ta’ persuni wara li t-Tlieta filgħaxija, ftit wara l-ħdax, ġew msejħa uffiċjali tad-Distrett u tal-RIU fi stabbiliment f’Qui-Si-Sana wara li seħħet ġlieda bejn diversi persuni.

Fil-post intalbet ukoll l-assistenza ta’ tim mediku tal-ambulanzi li ħa Kolumbjan ta’ 32 sena residenti s-Swieqi fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief.

Kelliema għal Pulizija spjegaw li qed tkellem numru ta’ persuni b’rabta mal-każ.