Malta……………………………79
Andorra……………………….30
Malta: Kristy Galea 10, Sophie Abela 8, Stephanie De Martino 20, Claire Ciantar 7, Josephine Grima 14, Maria Bonett 5, Mikela Riolo 4, Christina Curmi 3, Samantha Brincat 2, Cristina Sollami, Julia Xerri 2, Sasha Lecuyer 4
Andorra: Cristina Rabasa 6, Laura Marrugat 3, Claudia Solano 4, Anna Buscall 2, Patricia Gallego 2, Noah Lorenzo 9, Mariona Vidal, Carla Perez 2, Mirela Alonso 2, Julia Tomas, Cloe Rodriguez
It-tim nazzjonali Malti tan-nisa kellu bidu mill-aqwa fil-Kampjonati Ewropej tal-FIBA hekk kif għelbu lil Andorra 79-30, fl-ewwel partita minn Grupp A.
B’waħda mill-aktar skwadra żagħżugħa, il-player kollha tat-tim Malti rnexxielhom jiskorjaw f’din il-partita. L-aktar players li kisbu punti għal Malti kienu Stephanie de martina u Josephine Grima li skorjaw 20 u 14-il punt rispettivament, bi Kristy Galea tikseb 10 punti għat-tim Malti.
It-tim nazzjonali Malti jkun nvolut fil-partita li jmiss nhar il-Ħamis kontra l-Irlanda fejn rebħa għal Malti tkun tfisser li jtemm fl-ewwel post fil-fażi tal-gruppi.
//= $special ?>