Sport Waterpolo

Segwi t-tieni programm ta’ Man Up+ għal dan is-sajf

It-22 sena ta’ Man Up+ fuq Net Television, bdiet fuq nota pożittva hekk kif għal sajf ieħor, dan il-programm sportiv dwar il-waterpolo domestiku, mhux biss żamm l-appuntament annwali tiegħu mad-dilettanti ta’ dan l-isport, iżda kompla jkun segwit b’interess. Nhar it-Tnejn li għadda, kien imxandar it-tieni programm ta’ din l-iskeda, bi presentazzjoni u produzzjoni ta’ Christian Micallef. Man Up+ qed jixxandar kull nhar ta’ Tnejn, fid-9:30pm fuq Net Television, fejn f’temp ta’ siegħa u nofs, b’mod mexxej, informattiv u telegrafiku, id-dilettanti ta’ dan l-isport tant popolari matul ix-xhur tas-sajf f’Malta, ikunu aġġornati b’dak kollu li jkun għadu kemm seħħ fil-Kampjonati lokali, matul il-ġimgħa li tkun għadha kemm intemmet.

Iżda minn din il-ġimgħa, u kull ġimgħa, għak dawk kollha li jkunu tilfu l-ewwel xandira ta’ Man Up+ fuq it-televiżjoni, se jkollhom iċ-ċans li jarawħ mill-ġdid b’xandira Premiere, permezz tal-paġna ta’ Man Up+ fuq Facebook. Din ix-xandira se tkun qed titwassal kull nhar ta’ Tlieta, fit-8:30pm, u l-istess filmat tal-programm jibqa’ fuq il-midja soċjali għal min ikun irid jaraħ fil-kumditá tal-ħin tiegħu.

Agħfas hawn biex tara t-tieni programm ta’ Man Up+ għal dan is-sajf.

Għal sena oħra, matul kull programm ta’ Man Up+, wieħed jista’ jsegwi l-gowls kollha li jkunu saru fil-Kampjonat tas-sajf, f’dan il-każ fiż-żewġ gruppi li qed jintlagħabu bħalissa, tar-rawnd preliminari. Apparti li jkun hemm servizzi dwar il-partiti kollha, kull ġimgħa jkun hemm ukoll ir-rokna popolari, ‘Il-fehma ta’ Izzo’, li matulha l-kowċ nazzjonali Malti, Karl Izzo jagħti l-ħsibijiet tiegħu dwar dak li jkun qed iseħħ fil-Kampjonati lokali tal-waterpolo.

F’Man Up+ ta’ din il-ġimgħa wieħed jista’ jara l-gowls kollha li kelna f’match day 2 u 3, li ntlagħabu bejn nhar it-Tnejn, 12 u l-Ħadd, 18 ta’ Lulju li għadda.

Għal aktar informazzjoni dwar din il-produzzjoni televiżiva sportiva, Man Up+, wieħed jista’ jidħol fil-paġna tal-programm fuq Facebook.

Man Up+ jitwassal kull ġimgħa bl-appoġġ ta’ Avanza Training Academy, Motors Inc., Cisk, Dove u Gorg Borg Company Limited, Gillette u VJ Salomone Marketing, Jet Freight Limited, Dizz Group, Caffe’ Pascucci Malta u Grand Hotel Excelsior Malta.