Sport Sport Ieħor

Tingħata l-aħħar tislima lil Louis Borg

Fil-Bazilika Santa Maria Assunta tal-Mosta ingħatat l-aħħar tislima lil LOUIS BORG meqjus bħala wieħed mill-amministraturi ewlenin fl-istorja tal-isport f’pajjiżna. Louis Borg miet nhar it-Tnejn fl-eta’ ta’ 85 sena. Kif wieħed stenna kienu bosta l-uffiċjali u amministraturi tal-isport li matul is-snin ħadmu fil-qrib ma’ Louis Borg li attendew għal funeral. F’karriera ta’ 65 sena fl-isport, Louis Borg minn karriera fil-football kemm bħala plejer u wisq aktar bħala kowċ għaraf il-mod kif l-isport jista’ jintegra fis-settur tal-edukazzjoni.

Minn 30 sena fit-tmexxija tal-Malta Basketball Association għal 25 sena kien president tal-Malta Handball Association u fl-istess waqt għal bosta snin kien wieħed mill-uffiċjali ewlenin fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti. Is-sehem ta’ Louis Borg fl-istruttura tal-isport f’pajjiżna jibqa kkaratterizzat mhux biss bir-rwol fl-Akkademja Olimpika iżda wisq aktar fit-twaqqif tal-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u Sport fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta.