Fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 166-il każ ġdid ta’ Covid-19, hekk kif qed tkompli b’insistenza l-aħħar mewġa tal-pandemija li qed taħkem lil gżejjer Maltin. Bil-każi attivi jaqbżu l-2,000 hekk kif issa jammontaw għal 2,487 każ.
L-ammont ta’ każijiet totali minn Marzu 2020 ‘l hawn issa huwa 33,198.
Dan filwaqt li ġie mħabbar ukoll li bħalissa hemm 17-il pazjent rikoverati fl-Isptar Mater Dei kawża tal-pandemija– b’persuna minnhom tinsab rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Mill-199 każi mħabbra lbieraħ, 149 minnhom għandhom bejn l-10 u d-39 sena, bl-età medja hija dik ta’ 28 sena.
Aħbar tajba hi li fl-aħħar sigħat ma kienu rappurtati ebda fatalitajiet filwaqt li fiequ 25 persuna mill-virus, biex it-total ta’ persuni li fiequ mill-imxija huwa dak ta’ 30,291.
S’issa ngħataw 733,736 tilqima, u 362,923 persuna huma mlaqqma kompletament.
//= $special ?>