Għall-Ministru Silvio Schembri n-numri ta’ din is-sena mhux jiżdiedu bħas-sena li għaddiet u qalilna li infatti n-numri mhux jiżdiedu bħas-sena li
“F’liema sens żbalji?”
“Le ma naqbilx miegħek li n-numri qed jiżdiedu bħas-sena li għaddiet….”
Ta’ min wieħed ifakkar li s-sena li għaddiet in-numru ta’ każijiet pożittivi f’Lulju kollu kien 154… sa issa dis-sena, b’Lulju għadu ma spiċċax, għandna 2,490 każ, bil-Ministru jgħidilna li ttieħdu l-miżuri neċessarji.
“Iva ovvjament kien hemm miżuri li ttieħdu f’dan is-sens”
Huwa kompla li bħala Gvern, f’dan il-kuntest tal-pandemija tal-COVID…. qed jittieħdu d-deċiżjonijiet u r-riżultati qed narawhom.
“Ir-riżultati qed narawhom”
Meta saqsejnih jekk kinux id-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu mill-Gvern li wasslu li Malta tispiċċa fuq il-lista l-ħamra… huwa qalilna li dan ma kienx il-każ.
“Le mhux kwistjoni ta’ deċizzjonijiet ħżiena”
Fid-dawl ta’ din iż-żieda allarmanti fil-każi li qed jaffaċċja pajjiżna f’dawn l-aħħar jiem, il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo qalilna li l-approach li ħa l-Gvern “kienet waħda tajba.”
L-“approach tajba” li qal li ħa l-Ministru mhux biss wasslet għal żieda allarmanti fil-każi imma wasslet ukoll biex pajjiżna jitpoġġa fuq il-lista l-ħamra tal-ECDC. Mistoqsi dwar dan, Clayton Bartolo ġġustifika li mhux Malta biss tpoġġiet f’din il-lista. Min-naħa l-oħra, l-eks Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia ġġustifikat il-lista l-ħamra billi saħqet li l-każi qed jiżdiedu f’pajjiżi oħrajn u mhux f’Malta biss.
//= $special ?>