Lokali

Il-ħabs iwaqqaf ‘il-pruġinieri milli jċemplu lil Xarabank u lil Peppi Azzopardi

In-numru tal-mowbajl kien ġie mblukkat fl-4 ta’ Awwissu, 2017

L-awtoritajiet tal-ħabs ammettew li mblukkaw numru fiss u tal-mowbajl tal-ġurnalist biex il-priġunieri ma jkunux jistgħu jċemplulu.

Bi tweġiba għal ilment ippreżentat mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), f’isem il-ġurnalist Peppi Azzopardi, id-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qal li se jkun qed jiżgura li n-numri ma jibqgħux ibblukkati

L-ilment kien ippreżentat wara li Azzopardi lmenta li t-tmexxija tal-ħabs kienet ibblokkat l-aċċess għan-numru tal-linja fissa tal-programm tat-TV Xarabank – 21249200 – kif ukoll l-aċċess għan-numru tal-mowbajl personali tiegħu.

Peppi Azzopardi argumenta li t-telefonati kollha huma rreġistrati għal raġunijiet ta’ sigurtà u allura ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex in-numri tiegħu kellhom ikunu mblukkati.

Huwa sostna li l-priġunieri jistgħu jċemplu lill-familja, ħbieb, avukati u ġurnalisti iżda ma jistgħux iċemplu lilu għax in-numri kienu ġew imblukkati.

In-numru tal-mowbajl kien ġie mblukkat fl-4 ta’ Awwissu, 2017.