Basketball Sport

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa tal-basketball jitlef it-tieni partita kontra l-Irlanda

Malta……………………………………..48

Irlanda……………………………………78

Malta: S. Abela 2, K. Galea 14, M. Riolo 3, S. Brincat 6, M. Bonett, S. De Martino 7, C. Sollami, C. Ciantar 4, J. Xerri 1, S. Lecuyer, J. Grima 8, C. Curmi 3

Irlanda: M. Clarke 8, A. McKenna 4, D. Finn 9, C. Rockall 2, R. Huijsdens 10, G. Dwyer 4, E. Thornton 5, F. O’Dwyer 6, C. Melia 19, H. Thornton 2, S. Tiernan 5, A. O’Connor 4

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa safa megħlub fit-tieni partita tal-Kampjonati Ewropej tal-FIBA mill-Irlanda bl-iskor ta’ 48-78. L-Irlanda kienu aktar b’saħħithom u vleoċi fl-offensiva u b’hekk għamluha diffiċli ferm għall-Maltin

Il-kowċ tat-tim Malti Angela Adamoli għamlet bidla waħda biss mill-ewwel ħamsa li lagħbu fil-partita kontra Andorra hekk kif Julia Xerri bdiet minflok Claire Ciantar. L-Iralnda fetħu tajjeb fejn irnexxielhom jiftħu vantaġġ kmieni ta’ 6-0 bil-Maltin jirrispondu permezz ta’ three-pointer ta’ Samantha Brincat.

Il-Maltin iżda baqgħu jsofru pressjoni u attakki veloċi mill-avversarji bid-distakk fl-iskor ikompli jikber. Lejn tmiem l-ewwel taqsima, l-Maltin irnexxielhom jirkupraw xi ftit minkejja li l-iskor kien wieħed kbir. Fit-tieni taqsima, il-Maltin rnexxielhom inaqsu d-distakk għal 20 punt iżda fl-aħħar ftit il-vantaġġ kiber b’10 punti oħra biex b’hekk l-Irlanda aċċertaw mir-rebħ tal-grupp.

Il-Maltin ikunu fl-azzjoni nhar is-Sibt fis-semifinali fejn jilagħbu kontra t-tim li jtemm fl-ewwel post fi Grupp B.