Sport Sport Ieħor

Jitkeċċa d-Direttur taċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi

Meta ninsabu 24 siegħa l-bogħod miċ-Cerimonja tal-Ftuh tal-Olimpijadi ta’ Tokjo, tkeċċa d-Direttur tal-istess Cerimonja KENTARO KOBAYASHI. Fil-Ġappun ixxandar filmat meħud fis-snin 90 fejn juri li Kentaro Kobayashi qed iwaqqa u jirredikola l-Olokawst Seiko Hashimoto responsabbli mill-Olimpijadi ta’ Tokjo kkummentat li l-filmat jirredikola fatti tal-istorja.

It-tkeccija ta’ Kobayashi li seħħet b’mod immedjat tkompli mas-serje ta’ tkeċċijiet li saru dan l-aħħar. Wara li l-kompositur tat-tema taċ-Ċerimonja tal-Ftuħ Keigo Oyamada tkeċċa fil-bidu tal-ġimgħa wara li fil-passat meta kien għadu l-iskola abbuża minn studenti b’diżabilita’, aktar qabel tkeċċa Hiroshi Sasaki wara li kien qal li l-attriċi Naomi Watanabe li hija ħoxna kienet ser tidher bħala l-Ħanżir Olimpiku. Qabel Yoshiro Mori kien imġiegħel jirreżenja wara kummenti kontra n-nisa . It-tkeċċija ta’ Kobayashi tkompli titfa dell ikrah fuq is-sistema organizattiva ta’ dawn l-Olimpijadi ġia mtappna bl-imxija tal-coronavirus.