Lokali Qorti

Koppja Maltija li nqabdu barra l-pajjiż wara li nbidlu r-regoli tal-COVID-19 jibdew proċess biex ifittxu lill-Gvern għad-danni

Koppja Maltija li sfat maqbuda barra l-pajjiż wara li f’Malta bidlet il-kontrolli tal-COVID-19 ħadu l-awtoritajiet tas-saħħa l-Qorti, u talbu danni wara li r-ritorn tal-vjaġġ tagħhom inbidel f’ħolma mill-aktar kerha, fejn kienu ġew sfurzati jivvjaġġaw lejn l-Ingilterra u joqgħodu mal-familja wara li ġew miċħuda d-dħul lejn Malta.

Dan irriżulta minn protest ġudizzjarju ppreżentat kontra l-Ministeru tas-Saħħa u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Antea Camilleri, Richard Mangion u t-tifel ta’ ħames snin ta’ Camilleri kienu marru l-Portugall fuq btala fis-7 ta’ Lulju. Huma kienu għamlu t-testijiet tal-PCR tagħhom, bir-riżultati jkunu negattivi fejn ippreżntawhom lill-awtoritajiet Portugiżi flimkien ma’ formoli tal-lokaliżazzjoni tal-passiġġieri.

Waqt li kienu barra minn pajjiżhom, bi tħejjija għar-ritorn tagħhom lejn Malta, huma ssottomettew għal test ieħor tal-PCR li kien ukoll negattiv. Iżda fit-12 ta ’Lulju, waqt li l-koppja kienu għadhom imsiefrin, il-Ministru Chris Fearne ħabbar emendi legali ġodda taħt l-Avviż Legali 301 tal-2021, li pprojbixxew id-dħul ta’ persuni f’Malta mingħajr ma juru ċertifikat tal-vaċċin qabel ma jitilgħu fuq l-ajruplan.

Dan l-Avviż Legali ġie sussegwentement emendat biex jiddikjara li riżultat negattiv ta’ test tal-PCR meħud fi żmien 72 siegħa qabel il-wasla tagħhom ikun biżżejjed. Fid-dawl tal-emendi, il-koppja ssottomettiet ruħha għal test ieħor tal-PCR qabel ittiru lura lejn Malta.

Iżda minkejja dan, il-koppja ġew irrifjutati li jitilgħu abbord, u qalulhom li kellhom jippreżentaw ċertifikat tat-tilqima minflok it-test tal-PCR. Wara li l-linja tal-ajru Ryanair tkellmet mal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta, il-koppja ġiet infurmata li biex jitħallew fit-titjira kellhom bżonn il-kunsens espress bil-miktub tal-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta.

Għal dan il-għan ġew diretti biex jibagħtu email lil COVID-19.vetting@gov.mt. Dan għamluh, iżda ġew sfurzati jestendu ż-żjara tagħhom fil-Portugall sakemm tasal it-tweġiba meħtieġa. Huma ddeċidew li jtiru lejn ir-Renju Unit minflok u jibqgħu mal-familja hemm sakemm il-kwistjoni ġiet irranġata.

U hemmhekk għadhom, għax minkejja li bagħtu t-talba bil-posta elettronika għall-permess biex jirritornaw lejn Malta, huma qalu li rċevew biss email b’informazzjoni dwar il-kwarantina li, huwa sostnut, lanqas biss issodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Avviż Legali.

Il-koppja rrabjata qalet li ġarrbet spejjeż inutli bħala riżultat tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet,- bit-tifel b’mod partikolari – ibati minn stress. Il-protest ġudizzjarju jirriżerva d-dritt tagħhom li jibdew proċeduri għad-danni, ġie ffirmat mill-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb.