Lokali

L-Ingilterra tpoġġi lil Malta fil-lista ‘High Risk’

Fl-aħħar sigħat, il-Gvern Ingliż poġġa lil Malta fil-lista ta’ pajjiżi ‘High Risk’ fejn jidħol ħasil ta’ flus u finanzjament ta’ terroriżmu. Dan ifisser daqqa oħra għal pajjiżna wara l-greylisting tal-FATF, deċiżjoni oħra li esperti qed iqisu bħala waħda li tista’ tkun perikoluża ħafna għall-ekonomija ta’ pajjiżna speċjalment meta wieħed jikkunsidra r-relazzjonijiet tajba li kellna mar-Renju Unit sa ftit taż-żmien ilu.

Apparti Malta, din il-lista ta’ pajjiżi ‘High Risk’ tar-Renju Unit tinkludi lill-Albania, Barbados, Botswana, Burkina Faso, Cambodia, Cayman Islands, Korea, Haiti, Iran, Jamaica, Mauritius, Morokk, Myanmar, Nicaragua, Pakistan, Panama, Philippines, Senegal, Sudan t’Isfel, Syria, Uganda, Yemen u Zimbabwe.