Lokali

Numru ta’ negozji ma jistgħux jaċċettaw il-vouchers diġitali

Fl-aħħar jiem Net News irċieva għadd ta’ lmenti u tħassib dwar kif ċertu negozji mhux jaċċettaw il-vouchers diġitali.. b’uħud ma jistgħux jagħmlu dan għax is-sistema ma taħdimx…. 

Mistoqsi minn din il-kamra tal-aħbarjiet dwar dan it-tħassib, il-Ministru Silvio Schembri prova jitfaha fuq in-negozji nfushom.

“”Ma nafx dwar indikazzjoni partikolari… Kif għedt il-vouchers dak li jkun mhux obbligati li jaċċetawhom, però ikunu qed jitilfu huma””

Matul din l-istess konferenza tal-aħbarjiet il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri ta l-aħħar rendikont dwar il-vouchers u qal li sa issa intużaw valur ta’ 6 miljun ewro vouchers diġitali, u 10 miljun ewro vouchers stampati.

Iżda ta’ min wieħed ifakkar li l-idea tal-vouchers…. kienet filfatt proposta tal-Partit Nazzjonalista li kien ippropona li kull persuna ta’ aktar minn 16-il sena tirċievi l-vouchers biex tingħata spinta lin-negozji Maltin u Għawdxin wara d-daqqa li qalgħu  kawża tal-pandemija. U minkejja li dakinhar, il-Partit Laburista kien ipprova jwaqqa’ din il-proposta għaż-żufjett, ftit tal-ġimgħat biss wara ħabbar li kienu se jitqassmu l-vouchers.