Futbol Sport

Posposta ż-żjara ta’ Mohamed Sissoko

Iż-żjara li kellu jagħmel f’pajjiżna l-eks player ta’ Liverpool u Juventus Mohamed Sissoko fl-aħħar ta’ dan ix-xahar se tkun qed tiġi posposta għal darb’oħra.

Sissoko kien se jinġieb f’pajjiżna minn Żabbar St.Patrick għal ‘The Shoreline Football Summer Cap’ li qed isir fil-grawnd tal-istess klabb. Fi stqarrija, l-klabb qal li din iż-żjara kella tkun posposta minħabba l-miżuri l-ġodda li ddaħħlu f’pajjiżna fil-ġimgħat li għaddew għall-persuna li se jivjaġġaw lejn pajjiżna.