Futbol Sport

Telfa minima għal Birkirkara fis-Slovenja

Olimpija Ljubljana……………………1

Birkirkara…………………………………..0

O. Ljubljana: N. Vidmar, E. Boakye, U. Korun, D. Mlinar, E. Gliha, T. Elsnik, S. Seslar, T. Tomic, Aldair, M. Nukic, S. Petrov

Birkirkara: D. Fernandes, C. Attard, O. Carniello, E. Pepe, K. Zammit, C. Bonanni, R. Briffa, D. Venancio, Y. Yankam, F. Falcone, L. Montebello

Referee: D. Fuxman

Fis-Slovenja fl-ewwel leg mit-tieni rawnd tal-UEFA Conference League, Birkirkara kienu megħluba bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex b’hekk it-tim ta’ Andre Paus xorta waħda għadu biċ-ċans li jdawwar ir-riżultat favorih f’pajjiżna l-ġimgħa d-dieħla.

Olimpija Ljubljana bdew mal-ewwel fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti, konklużjoni ta’ Nukic kien salvata b’mod tajjeb mill-goalkeeper ta’ Birkirkara Fernandes. L-ewwel taqsima baqgħat waħda bilanċjata biż-żewġ timijiet ftit li xejn ikunu perikolużi lejn il-lasti tal-goalkeepers rispettivi.

Fit-tieni 45 minuta, Birkirkara kienu aktar fil-partita, u fis-57 minuta, l-konklużjoni ta’ Yankam għaddiet ftit barra. Olimpija Ljubljana fetħu l-iskor u skorjaw dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv fit-78 miuta meta minn corner ta’ Seslar kien Mustafa Nukic li għeleb lil Fernandes.

Ftit minuti wara, fil-85 minuta, konklużjoni mid-distanza ta’ Aldair ħabtet mal-mimduda biex lejn it-tmiem Birkirkara żiedu l-pressjoni iżda d-difiża tat-tim Sloven għarfet tbiegħed il-periklu biex freekick lejn it-tmiem ta’ Diego Venancio għadda barra mil-lasti ta’ Vidmar.