Lokali

Tiżdied ir-rata tal-għoli tal-ħajja

L-inflazzjoni f’pajjiżna żdiedet drastikament meta wieħed iqabbel is-sena li għaddiet mar-rati ta’ din is-sena.

Statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li r-rata tal-għoli tal-ħajja għax-xahar ta’ Ġunju kważi rdoppjat minn 0.72% f’Ġunju tal-2020 għal 1.47% f’Ġunju ta’ din is-sena rispettivament.

L-Istatistika turi wkoll li meta mqabbel max-xahar ta’ qabel, f’Ġunju wkoll kien hemm żieda… minn 1.27 għal 1.47 fil-mija.

L-akbar fattur li kkontribwixxi biex tiżdied l-għoli tal-ħajja hija l-kategorija tal-ikel.

L-Ufficjcu Nazzjonali tal-Istatistika wera li l-inqas fattur li qed jħalli impatt fuq ir-rata tal-għoli tal-ħajja huwa s-settur tat-transport u l-komunikazzjoni.