Futbol Sport

Żewġ gowls fit-tieni taqsima jagħtu rebħa lil Rijeka

Gżira U……………………0

Rijeka……………………..2

Gżira U.: J. Haber, D. Xuereb, B. Mentz, S. Borg, Thiaguinho, S. Pisani, J. Mendoza, Z. Scerri, C. Durate, M. Samurai, M. Davis

Rijeka: N. Labrovic, I. Tomecak, J. Escoval, N. Galovic, A. Vukcevic, A. Liver, I. Lepinjica, D. Pavicic, R. Muric, J. Drmic, P. Ampem

Referee: N. Doyle

Rijeka kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 fuq Gżira United fis-Centenary Stadium. Minkejja li fuq il-karta t-tim Kroat huwa ferma aktar kwotat minn Gżira United, it-tim ta’ Darren Abdilla għaraf joffri sfida denja lill-avversarji minkejja li r-riżultat jagħmilha diffiċli biex Gżira jirkupraw il-ġimgħa d-dieħla

L-ewwel azzjoni lejn il-lasti ta’ Justin Haber waslet fit-32 minuta meta l-konklużjoni ta’ Muric kienet salvat b’mod tajjeb mill-goalkeeper Malti. Kontra x-xejra tal-logħob, fit-tieni taqsima, kienu Rijek li fetħu l-iskor permezz ta’ Denis Busnja. Minkejja r-reazzjoni pożittiva ta’ Gżira fejn fit-63 minuta l-konklużjoni ta’ Correa Duarte kienet salvata minn Labrovic, Rijeka rduppjaw fis-77 minuta, permezz ta’ Prince Ampem. Lejn it-timiem, Rijeka sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Ivan Lepinjica li ntwera’ t-tieni karta safra wara foul fuq Mendoza.