Fl-aħħar 24 siegħa, pajjiżna ra 172 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 65. 97 persuna li kienu pożittivi waqt li kienu f’pajjiżna issa ntbagħtu lura pajjiżhom biex issa l-każi attivi telgħu għal 2,497.
Fortunatament, bħal ma kienet ix-xejra fl-aħħar ġimgħat, bejn ilbieraħ u llum ma kienu irrappurtati imwiet bil-virus.
Intant żdiedu bi tnejn il-persuni li jinsabu rikoverati l-isptar biex issa hemm 19 il-persuna li qed jingħata kura Mater Dei. Wieħed minn dawn jinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Mill-166 każ tal-bieraħ, 126 kienu fost persuni ta’ bejn l-10 u d-39 sena biex l-età medja tal-persuni mill-każijiet tal-bieraħ hi ta’ 26.
//= $special ?>