Lokali

Dritt ta’ risposta mill-MCAST

Wara li Netnews.com.mt irrapporta kif il-Qorti laqgħet mandat ta’ inibizzjoni mitlub minn Peter Gatt fil-konfront tal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-MCAST ,il-kulleġġ talab dritt ta’ risposta.

Peter Gatt li ilu jgħallem f’dan il-kulleġġ sa mill-2014, f’Ġunju li għadda rċieva ittra li permezz tagħha kien ġie tterminat l-ingaġġ tiegħu mal-kulleġġ mil-lum għall-għada. Huwa kien kritika bil-qawwi l-mod kif kienu qed isiru l-kurrikula fid-diversi suġġetti.

Dan is-sit qed jippubblika d-dritt għar-risposta kif mibgħuta.

Dritt għar-Risposta
L-MCAST tiċħad b’mod assolut id-dikjarazzjonijiet reċenti dwar l-allegat tmiem vendikattiv talimpjieg ta’ Dr Peter Gatt.
Dr Gatt huwa għalliem fis-servizz pubbliku li huwa ‘detailed’ mal-MCAST biex jipprovdi servizz ta’
lettur. Sfortunatament, għal diversi snin Dr Gatt wera nuqqas ta’ etika fix-xogħol u attitudni mhux
professjonali, inkonsistenti mal-valuri ta’ komunità tal-Kulleġġ u l-ispirtu ta’ ħidma f’tim f’ambjent
akkademiku.
Wara diversi rapporti dwaru mill-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport, f’Ġunju 2020 il-Bord talGvernaturi tal-Kulleġġ beda l-proċeduri biex id-‘detailing’ jiġi revokat u biex Dr Gatt jerġa’ jieħu lpożizzjoni tiegħu fl-iskejjel pubbliċi. Għalhekk ma kien hemm l-ebda terminazzjoni tal-impjieg kif
intqal fuq il-mezzi tax-xandir.
Fl-istess żmien, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku bdiet proċeduri dixxiplinarji wara diversi
vjolazzjonijiet tal-imġiba professjonali. L-intervent tal-Kummissjoni kien dovut għall-fatt li l-lettur
għandu l-istatus ta’ uffiċjal tas-servizz pubbliku u mhux impjegat tal-MCAST.
Il-bord tad-dixxiplina mwaqqaf mill-Kummissjoni ħareġ rapport fil-bidu tal-2021, li kkonferma u
ssottolinja aktar is-serjetà tal-imġiba mhux etika ta’ Dr Gatt. Wara li l-fatti dwar l-imġiba tiegħu ġew
investigati b’mod indipendenti, il-bord ikkunsidra dan il-każ bħala “serju li jista’ jwassal għal
tkeċċija.” Tajjeb nenfasizzaw li l-bord tad-dixxiplina kien korp indipendenti.
Ir-rapport sottomess lill-PSC u approvat minnha jiddeskrivi mġiba mhux professjonali u mhux etika,
li kienet tinkludi nuqqas ta’ konformità mal-Kodiċi ta’ Etika li jirregola s-Servizz Pubbliku, imġiba ta’
nuqqas ta’ rispett, u nuqqas ta’ konformità mal-obbligi u r-responsabbiltajiet ta’ lettur. IlKummissjoni sabet ukoll lil Dr Gatt ħati ta’ negliġenza fid-dmirijiet tiegħu u ddeskriviet ir-riżultat
tax-xogħol tiegħu bħala “below standard”. Ir-riżultat ta’ din l-investigazzjoni kien li huwa ġie sospiż
mingħajr ħlas għal 15-il ġurnata, u nħarġitlu wkoll twissija ta’ tkeċċija mis-servizz pubbliku matul lerba’ snin li ġejjin.
Fid-dikjarazzjonijiet reċenti tiegħu fil-midja, Dr Gatt jirreferi għall-MCAST bħala “istituzzjoni
oppressiva”, u jinsinwa li “l-korruzzjoni hija rampanti fit-tħejjija ta’ units akkademiċi” u li lprogrammi fl-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport huma “skaduti”. Il-fatti juru l-oppost ta’ dan kollu.
Fi stħarriġ li sar aktar kmieni din is-sena, 84% tal-letturi qalu li ma jarawx lilhom infushom jitilqu
mill-MCAST, u 87% jirrakkomandaw il-Kulleġġ bħala post tax-xogħol. 90% tal-gradwati mill-Istitut
MCAST Main Campus, Corradin Street, Paola PLA9032, Malta
+356 2398 7100 | mcast.edu.mt
tal-Inġinerija u t-Trasport għandhom impjieg, u 92% tal-istudenti qalu li l-kontenut tal-programmi
huwa relatat sew mal-impjieg tagħhom illum.
Kull unit fl-Istituti kollha tal-MCAST jinkiteb wara sejħa interna għal-letturi tal-Kulleġġ biex
jiddisinjaw u jħejju dan it-tagħlim. Hemm proċedura rigoruża u trasparenti dwar kif kull unit jiġi
approvat fil-livell tal-Bord tal-Istudji.
L-MCAST jitlob għarfien espert, eċċellenza u professjonalità u mhux se jittollera negliġenza u
nuqqas ta’ rispett lejn il-kollegi u l-proċeduri. B’mekkaniżmu b’saħħtu ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u
b’riżorsi adegwati li jassiguraw il-libertà akkademika b’responsabbiltà, il-Kulleġġ qiegħed
kontinwament jikseb riżultati eċċellenti kif naraw minn rapporti mill-industrija u minn partijiet oħra
interessati, kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali.