Sport Sport Ieħor

Festival Sportiv mill-BMX Malta

L-Assoċjazzjoni tal-BMX ta’ Malta se torganizza festival sportiv extreme fit-trakka tal-BMX f’Pembroke nhar is-Sibt fil-31 ta’ Lulju mis-7 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Ser ikunu organizzati wkoll tlielaq tal-mountain bike għall-kategoriji li ġejjin: Elite, Open u Juniors. Se jkun hemm ukoll kompetizzjoni tal-BMX Park għal Gruppi A u B. L-għada  l-Ħadd 1 ta’ Awwissu ser jinżammu wkoll avveniment tat-tlielaq fl-istess trakka li jibda fis-7 ta’ filgħaxija