Internazzjonali

Green Pass biex it-Taljani jidħlu fir-ristoranti, ċ-ċinema u l-gyms

Mis-6 t’Awwissu fl-Italja se jkun obbligatorju t-turija ta’ prova tal-vaċċin, jew kif qed jissejjaħ Green Pass, biex dak li jkun ikun jista’ jidħol f’ristoranti, ċinemas u gyms fost l-oħrajn.

Hekk kif bosta pajjiżi diġà bdew skemi simili, it-Taljani mlaqqma b’tal-anqas doża waħda tal-vaċċin ikunu jistgħu jidħlu f’għadd ta’ stabbilimenti permezz ta’ dan il-pass.

Madankollu l-green pass mhux se jkun obbligatorju għall-ivvjaġġar.

L-avvenimenti sportivi mistennija jkunu limitati għal 50% tal-ispettaturi għal attivitajiet fil-miftuħ u 25% fil-magħluq.

Intant l-Italja qed testendi l-istat ta’ emerġenza li kellu jiskadi fil-31 ta’ Lulju għall-31 ta’ Diċembru.

Ikkummenta