Lokali

“Il-High Risk Listing ta’ Malta jista’ jfisser aktar spejjeż”

Wara l-high risk listing ta’ pajjiżna mill-Gvern tar-Renju Unit, dan is-sit staqsa lil Jesmond Mizzi, li hu Konsulent Finanzjarju bi snin ta’ esperjenza fil-qasam, xi jfisser dan għal pajjiżna.

L-AKTAR LI JFISSER HU LI L-ENTITÀ LI NKUNU QED NAĦDMU MAGĦHA SE TITLOB AKTAR  INFORMAZZJONI FUQ L-INDIVIDWI LI SE NKUNU QED NINVESTU GĦAN-NOM TIEGĦU

Mizzi spjega li l-impatt ta’ dan kollu jista’ jfisser żieda fl-ispejjeż għall-investituri.

DAN ĦA JFISSER LI L-KUMPANIJI SE JKUNU QED JITOLBU AKTAR INFORMAZZJONI MINN QABEL. JISTA’ JKUN JITOLBU AKTAR INFORMAZZJONI BĦALA VERIFIKA.

ĦAFNA MINN DIN L-INFORMAZZJONI DIĠA GĦANDNA… IMMA DIN TISTA’ TFISSER ŻIEDA FL-ISPEJJEŻ GĦALL INVESTITURI WKOLL

Mizzi qal li wieħed irid jistenna ftit biex ikun jaf x’se jkun fil-verità l-impatt ta’ dan kollu fuq is-settur finanzjaru Malti.