Internazzjonali

Il-President Franċiż kellu jbiddel il-mobile wara każ serju ta’ attentat ta’ hacking

Ma tantx jidher li se jkun sajf feliċi għall-President Franċiż Emanuel Macron illi jum wara l-ieħor qed jispiċċa fl-aħbarijiet għal raġunijiet xejn sbieħ.

F’dawn il-jiem, l-attenzjoni kollha kienet fuq l-attentat ta’ hacking illi seħħ fuq numru ta’ personalitajiet Franċiżi mid-dinja tal-politika – inkluż il-President innifsu. Kien għalhekk li l-forzi tas-sigurta’ ordnaw lil Macron biex ibiddel in-numru tat-telefown ċellulari u jbiddel ukoll l-ismartphone li juża.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, konsorzju internazzjonali irrapporta li ‘l hekk imsejjaħ Pegasus spyware li inħoloq minn kumpanija Iżraeljana kellu fil-mira tiegħu kemm politiċi u anke ġurnalisti. Jirriżulta li fil-lista kien hemm ukoll in-numru personali tal-President Franċiż.

Dwar dan il-każ serju għaddejin investigazzjonijiet sensittivi immens minn naħa tal-Pulizija Franċiża.