Qalbet għall-aħjar il-kundizzjoni tat-tifel ta’ sentejn li nhar it-Tlieta waqa’ għoli ta’ sular u nofs minn tieqa f’residenza fi Triq Rattan il-Mellieħa.
It-tifel kien iddaħħal b’urġenza l-isptar bi ġrieħi serji u kien qed jinżamm fil-kura tat-taqsima intensiva. Madankollu issa l-kundizzjoni tiegħu inbidlet għall-aħjar tant li nħareġ mill-ITU.
L-inċident kien seħħ għall-ħabta tal-10.30 tat-Tlieta fejn immedjatament issejħet ambulanza fuq il-post sabiex tagħti l-ewwel għajnuna lit-tifel.
Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar assistenza fejn aktar tard ġie ċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>