Sport Sport Ieħor

Jibdew uffiċjalment l-Olimpjadi ta’ Tokjo

Ftit tal-ħin ilu, f’Tokjo saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi, fi stadium prattikament vojt hekk kif id-dinja tkompli tiġġieled il-pandemija tal-Covid-19, fattur li wkoll se jkollu sehem fuq dawn l-Olimpjadi li kellhom isiru s-sajf li għadda.

Minkejja li l-maġġoranza tan-nies f’Tokjo ma qablux li l-Olimpjadi jsiru, il-kumitat organizzattiv baqa’ jippersisti biex dawn il-logħob isiur, b’konsegwenza li madwar Tokjo llum nżammu numru ta’ protesti.

Il-qofol taċ-ċerimonja tal-ftuħ kien meta l-atleti minn pajjiżi differenti bdew deħlin bil-bandiera ta’ pajjiżhom fejn, atleti b’kulturi differenti minn madwar id-dinja se jinagħqdu f’avveniment sportiv wieħed għall-ġimgħatejn li ġejjin.

Malta wkoll ħadet sehem fiċ-ċerimonja tal-ftuħ, bl-atleti Andrew Chetcuti u Eleanor Bezzina jżommu l-bandiera Maltija u kienu segwiti mill-kontiġent Malti fosthom l-atleti Yazmin Zammit Stevens, Sasha Gatt, Matthew Abela, Carla Scicluna.

Fiċ-ċerimonja saru ntwerew numru ta’ tradizzjonijiet Ġappuniżi kif ukoll oħrajn minn madwar id-dinja bil-messaġġ prinċipali jkun l-għaqda minkejja d-differenzi li jeżistu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’messaġġ fuq Facebook awgura lill-atleti Maltin li se jkunu qed jirrapreżentaw lill-pajjiżna f’dawn l-Olimpjadi.