Lokali Qorti

Missier il-partner tal-vittma jixhed fuq ir-relazzjoni tiegħu miegħu hekk kif Stojanovic jagħmel talba għall-pleġġ

Victor Vella li jiġi missier is-sieħba li kellu Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed, li nqatel f’Jannar tal-2018 f’Għawdex xehed fuq ir-relazzjoni tajba li huwa kellu miegħu, anke jekk uliedu u ulied bintu ma kienux jaqblu miegħu minħabba l-użu ta’ vjolenza domestika.

Dan ħareġ waqt il-provi fil-kumpilazzjoni li kompliet kontra s-Serb Aleksandar Stojanovic tia’ 43 sena li qed wieġeb mhux ħati għall-qtil tal-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed ta; 43 sena, li komplew jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fil-Qorti ta’ Għawdex.

Vella qal li huwa kien jara lil Walid madwar tlieta jew erba’ darbiet fil-ġimgħa. Qal li sar jafu fi żmien meta l-vittma kien għaddej bi proċeduri fil-Qorti, iżda saħaq li qatt ma kellmu dwar l-affarijiet tal-Qorti. Tenna li lanqas biss kien jaf li kien il-ħabs.

Ix-xhud qal li huwa għamel minn kollox biex jirranġa l-affarijiet bejn bintu u Walid. Kien hemm mumenti wkoll fejn anke it-tfal tiegħu ma kienux kuntenti b’dak li kien qed isir bejn ommu u missieru. Kompla li huwa kien jagħti wkoll ix-xogħol lill-vittma.

Lejn l-aħħar tas-seduta saru s-sottomissjonijiet minn naħa tad-difiża u l-prosekuzzjoni dwar it-talba għal libertà proviżorja bl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jopponi bil-qawwa kollha. Fost din l-oppożizzjoni ħarġu l-argumenti li Stojanovic jista’ jaħrab minn Malta.

Id-difiża mmmexxija mill-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb qalet li jekk huwa jingħata l-pleġġ żgur li mhuwiex se jaħrab minħabba li huwa għandu reat imdendel fuq rasu. Huwa dejjem ried li jibqa’ Malta u kien ried jibqa’ fil-pajjiż għal disa’ xhur sħaħ għax dejjem ried jibqa’ fil-pajjiż.

Dan għaliex ukoll għandu familja f’Malta, li tinkludi lil oħtu, żewġha u wild. Huwa diġa’ wkoll serva wkoll perjodu l-ħabs li skontah. Id-deċiżjoni dwar il-pleġġ se tingħata in camera mill-Qorti f’data li sa issa għadha mhux magħrufa. L-ewwel xhud kien l-Ispettur Chris Abela stazzjonat fit-Taqsima tal-Immigrazzjoni. Qal li kien ġie deċiż li l-akkużat jiġi deportat fit-13 ta’ Lulju 2020. Huw akien appella iżda l-appell ġie kkonfermat, għax kien Malta illegalment u ħarġet ordni ta’ tkeċċija.

Kienet saret ukoll applikazzjoni għall-ażil u Sotjanovic irrifjuta li jmur lura s-Serbja u rnexxielu jibqa’ Malta. Dr. Daniel Calleja għamlet inventarju tal-appartament fejn kien joqgħod il-vittma. Dawn ġew depożitati taħt l-Awtorità tal-Qorti.
Xehed ukoll il-kuntistabbli Joseph Cini li qal li kien ġie infurmat li persuna nstabet mejta.

Huwa kien mar jagħlaq it-triq. Kien is-surġent li tah istruzzjonijiet. Il-kuntistabbli Mario Azzopardi qal li kien wieħed minn dawk responsabbli mill-filmati miġbura mis-CCTV ta’ fejn instab il-vittma. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb qed jidhru għall-Eġizzjan. L-avukat Arthur Azzopardi qed jidher f’isem il-familjari tal-vittma.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-avukati Etienne Savona u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li minn naħa tal-Pulizija qed imexxu s-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Bernard Charles Spiteri. Il-kumpilazzjoni tkompli l-Ħamis, 26 ta’ Awwissu.