Lokali

Tinqaleb bil-karozza imma ma ġġarrabx ġrieħi serji

Mara ta’ 72 minn Santa Venera tgħoddha b’waħda wara li kienet involuta f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.

Jidher li għal xi raġuni l-mara tilfet il-kontroll tal-Mercedes li kienet qed issuq bil-konsegwenza li nqalbet u laqtet żewġ karozzi pparkjati fil-qrib.

B’xorti tajba ħadd ma ġarrab ġrieħi serji f’dan l-inċident,

L-inċident seħħ fi Triq in-Naxxar, B’kara kmieni waranosfinhar.