Atletika Sport Sport Ieħor

Dina Asher-Smith titkellem favur il-protesti waqt l-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

L-atleta Dina Asher-Smith tkellmet favur il-protesti waqt l-Olimpjadi hekk kif iddeskriviet dawn il-protesti bħala dritt fundamentali tal-bniedem. F’Lulju li għadda, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kien biddel ir-regola b’rabta mal-protesti fejn ħalli l-protesti jsiru qabel u wara l-avvenimenti li jkunu għaddejin kif ukoll waqt iċ-ċerminoja tal-podju.

F’ittra ffirmata minn numru ta’ atleti kien mitlub biex ma jkunx hemm restrizzjonijiet b’rabta mal-protesti. L-atleta ta’ 25 saqsiet jekk huwiex sew li wieħed iwaqqaf atleta milli juri d-disapprovazzjoni għar-razzismu.

Regola numru 50 tal-IOC tgħid li l-ebda tip ta’ propoganda, kemm dik politika u anke reliġjuża ma’ huma permessi li jkunu espressi waqt l-Olimpjadi.