Coronavirus Internazzjonali

Fl-Italja: Jiżdiedu l-persuni li qed japplikaw għall-vaċċin

Fl-Italja kien hemm żieda fl-ammont ta’ persuni li qed jieħdu l-vaċċin, hekk kif sa issa qed jingħataw 500 tilqima aktar mill-medja tal-ġimgħat li għaddew.

Rapporti Taljani qalu li fir-reġjun ta’ Piemonte kien hemm żieda fl-applikazzjonijiet għall-vaċċin fejn f’ċertu bliet l-applikazzjonijiet irduppjaw.

Qed ikun mifhum li l-aħbar tal-Green Pass hija l-kaġun ewlieni ta’ din iż-żieda hekk kif il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi ħabbar li biex wieħed jidħol f’postijiet ta’ divertiment u kif ukoll biex wieħed jiekol f’ristorant se jkollu bżonn dan il-pass.  

L-Italja qed tieħu l-prekawzjonijiet kollha biex ma ġġarrabx l-agħar effetti tal-varjanti, bil-Green Pass iżda mhux se jkun obbligatorju għall-ivvjaġġar.