Coronavirus Internazzjonali

FL-UE: Żgħażagħ ta’ bejn it-12 u 17-il sena se jkunu jistgħu jitlaqqmu bil-Moderna

It-tilqima tal-kumpanija Moderna fl-aħħar sigħat kienet approvata biex tintuża fuq iż-żgħażagħ li għandhom bejn 12 u 17-il sena u li huma residenti fl-Unjoni Ewropea.

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) approvat dan il-vaċċin u dan huwa t-tieni wieħed approvat għaż-żgħażagħ wara dak tal-kumpanija Pfizer li ġie approvat f’Mejju.

Il-vaċċin ta’ Moderna, li  nħoloq fl-Istati Uniti, jirrikjedi żewġ dożi li jridu jittieħdu fi żmien erba’ ġimgħa, simili għall-perjodu tal-Pfizer bejn l-ewwel doża u t-tieni d-doża.