Coronavirus Internazzjonali

Il-varjant Delta joħloq aktar sfidi fir-Renju Unit

Fir-Renju Unit hemm aktar tħassib kbir dwar il-mod kif se jkunu qed isiru l-iswab tests fil-jiem li ġejjin, dan hekk kif għadd ta’ ħaddiema tas-saħħa qed jispiċċaw eżawriti bl-ammont ta’ testijiet li qed ikollhom iwettqu ta’ kuljum.

Huwa mifhum li fir-Renju Unit qed jinstabu kważi 30,000 elf każ ġdid tal-Covid-19, bil-varjant Delta, ma jgħinx fis-sitwazzjoni.

Xjentisti li tkellmu dwar din is-sitwazzjoni qalu li bħalissa għaddejja riċerka intensiva dwar il-varjant Indjan, hekk kif 99% tal-każijiet il-ġodda fir-Renju Unit huma ġejjin proprju minn dan il-varjant.