Jitbissem…hekk għamel il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo…hekk kif ħassu skomdu jwieġeb il-mistoqsija ta’ Net News dwar jekk jiddjalogax mal-Prim Ministru Robert Abela u jekk jieħux pariri mingħandu…. Mistoqsi għal darba darbtejn… Bartolo ma jagħmel xejn għajr ħlief jidħaq u jevita l-mistoqsija tagħna.
Minn naħa l-oħra.. mistoqsi dwar x’inhuma l-effetti tal-lista l-ħamra maħruġa mill-ECDC… lista li wara ż-żieda li kellna fil-każi pożittivi ta’ COVID-19 fiha hemm Malta, Clayton Bartolo qalilna hekk li din mhux se tħalli impatt dirett.
Iżda lkoll nafu kif huma diversi riperkussjonjiet minħabba li ninsabu f’din il-lista b’ħafna ħassru il-vaganza tagħhom għaliex jinsabu mbeżżgħin jiġu Malta minħabba l-ammont ta’ każi pożittivi li qed jinstabu kuljum….
Preżentement, il-Kummissjoni Ewropea qed tħeġġeġ lin-nies sabiex ma jsifrux lejn Malta minħabba s-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna tal-pandemija … wara li l-Gvern Laburista għal darb’oħra reġa’ tfixkel f’saqajh u tilef il-kontroll tas-sitwazzjni.
Ta’ min wieħed ukoll jinnota li l-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej għadhom fuq il-lista l-ħadra u huma meqjusin bħala siguri għas-safar.
//= $special ?>