Basketball Sport

Malta titlef fis-semifinali kontra l-Lussemburgu fit-tournament tal-FIBA

Wara tournament mill-aqwa, it-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa tilef is-semifinali kontra l-Lussemburgu 89-46.

Il-Lussemburgu kienu b’saħħithom wisq għan-nisa Maltin hekk kif rebħu kull taqsima. id-differenza fit-tul dehret evidenti u kien fattur strumentali li ddeċieda l-konforont. Il-Maltin bdew b’Josephin Grima, Sophie Abela, Kristy Galea, Maria Bonett u Stephanie De Martino.

Grima kienet l-aktar player effettiva għal Malta hekk kif kienet l-unika waħda li skorjat 12-il punt. Simili għal dak li seħħ fl-aħħar partita kontra l-Irlanda, l-Lussemburgu kienu ferm effettivi mir-rebounds bil-Maltin jidhru maħsuda. It-tim Malti jilgħab il-partita għat-tielet post għada fit-3.00pm kontra l-Kosovo