Mill-inqas 110 persuni nqatlu f’valangi u għargħar ikkawżati minn xita qawwija fl-istat tal-Punent tal-Indja ta’ Maharashtra.
Ix-xita ħakmet mijiet ta’ rħula, ġarret id-djar u ħalliet għadd ta’ residenti mitlufa.
L-ekwipaġġi tas-salvataġġ għamlu kulma setgħu biex jevakwaw lill-persuni iżda ħafna nies sfortunatament għadhom nieqsa.
L-armata Indjana qed tgħin fl-isforzi ta’ għajnuna madankollu ġiet imfixkla minn kundizzjonijiet diffiċli tal-maltemp.
L-istat irreġistra l-akbar ammont u perjodi ta’ xita għax-xahar ta’ Lulju għal għexieren ta’ snin.
Ħafna fatturi jikkontribwixxu għall-għargħar, iżda l-esperti qed jgħidu li t-tibdil fil-klima kkawżat din ix-xita estrema.
//= $special ?>