Wara pressjoni li saret mill-Kamra tal-Kummerċ lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jikkunsidraw mill-ġdid il-miżuri ta’ kwarantina, issa l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li persuni li huma mlaqqma kompletament kontra l-imxija tal-COVID-19 u li jiġu f’kuntatt ma’ persuni li għandhom il-virus, dalwaqt se jkunu jistgħu jagħmlu biss ftit jiem bħala self-isolation u mhux jagħmlu l-kwarantina għal 14-il ġurnata.
F’intervista mat-Times of Malta, id-Deputat Prim Ministru qal li l-pjan hu li l-persuni mlaqqma jkunu jistgħu joħorġu mill-iżolament wara perjodu ta’ ħamest ijiem u PCR test negattiv.
Bħalissa, in-nies li huma mlaqqma kompletament u jkunu f’kuntatt mill-qrib ta’ każ pożittiv iridu jagħmlu 14-il ġurnata fi kwarantina.
//= $special ?>