Futbol Sport

Ole Gunnar Solskjaer iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United sal-2024

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ Norveġiż ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer ġedded il-kuntratt tiegħu mar-Red Devils sal-2024 b’għażla li jġedded il-kuntratt tiegħu b’sena oħra.

Solskjaer fl-istaġun li għadda wassal lil Manchester United sat-tieni post fil-Premier League u sal-finali tal-UEFA Europa League. Hu kien inħatar kowċ tar-Red Devils fl-2018 meta kien ħa post Jose Mourinho.

Intant il-futur tal-midfielder Paul Pogba jibqa’ wieħed inċert ma’ Manchester United u jidher li mhuwiex se jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb ta’ Old Trafford hekk kif qed tikber il-possibilità li jissieħeb ma’ PSG.