Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Ċikliżmu: Richard Carapaz jirbaħ id-deheb fiċ-ċikliżmu

(Ritratt: EPA)

Iċ-ċiklista mill-Ekwador Richard Carapaz rebaħ il-midlja tad-deheb meta rebaħ it-tellieqa li saret fit-toroq ta’ Tokjo. Ftit jiem wara li rnexxielu jtemm fuq il-podju fit-Tour de France, Carapaz irnexxielu jirbaħ id-deheb f’Tokjo wara li ddomina fit-toroq tal-Ġappun.

Il-Belġjan Wout van Aert irnexxielu jikseb il-fidda filwaqt li l-Isloven, Tadej Pogacar temm fit-tielet post u kiseb il-bronż.