Futbol Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Futbol tan-Nisa: Team GB jikkwalifika għall-kwartifinali

Team GB kwalifika għall-kwartifinali fil-futbol tan-nisa meta ksibu rebħa minima ta’ 1-0 fuq il-Ġappun. Il-gowl deċiżiv għall-Brittaniċi wasal fl-74 minuta permezz ta’ Ellen White li skorjat it-tielet gowl f’żewġ partiti.

F’partita oħra l-Istati Uniti rkupraw mit-telfa fl-ewwel partita u għelbu lil New Zealand 6-1. F’partita oħra l-Olanda kisbu draw ta’ 3-3 kontra l-Brażil filwaqt li ċ-Ċina u z-Zambia temmew fi draw ta’ 4-4.

Riżulati: Ċile v Kanada 1-2, Ġappun v Gran Brittanja 0-1, Ċina v Zambia 4-4, Olanda v Brażil 3-3, Żvezja v Awstralja 4-2, New Zealand v USA 1-6