Ir-rebbieħ ta’ seba’ midalji fl-Olimpjadi Kohei Uchimura kien eliminat mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-ġinnastika. Uchimura li rebaħ tliet darbiet il-midalja tad-deheb kien ħabbar li dawn kienu se jkunu l-aħħar Olimpjadi tiegħu u kien se jirtira mill-isport.
Il-ġinnastika ta’ 32 sena naqas milli jtemm mal-ewwel tmien atleti u b’hekk ma rnexxielux jikseb post fil-finali. Uchimura huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa ġinnastiċi ta’ kull żmien u kien sar l-ewwel ġinnastika f’44 sena li rnexxielu jirbaħ id-deheb f’żewġ Olimpjadi konsekuttivi.
//= $special ?>