Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Judo 48kg: Il-Kosovo jiksbu t-tieni midalja fl-istorja tal-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

Il-Kosovo rebħu t-tieni midalji Olimpika meta fil-finali tal-48 kg tan-nisa kisbu d-deheb permezz tal-atleta Distria Krasniqi meta għelbet lil Funa Tonaki. Krasniqi rnexxielha tirbaħ id-dwell fl-aħħar 20 sekonda tal-partita.

Minkejja li Krasninqi hija s-seed numru wieħed xorta sabitha diffiċli kontra Tonaki li kienet fl-aqwa forma tagħha. Il-midalji tal-bronż nterbħu minn Urantsetseg Munkhbat tal-Mongolja u minn Costa Catarina tal-Portugall.