Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Taekwando 58kg: Vito Dell’Aquila jirbaħ l-ewwel deheb għall-Italja

(Ritratt: EPA)

Vito Dell’Aquila rebaħ il-midalja tad-deheb għall-Italja meta fil-finali tat-taekwondo tal-58 kg għeleb lit-Tuneżin Khalil Mohamed Jandoubi. Din kienet l-ewwel darba f’disa’ snin li l-Italja kisbet post fuq il-podju f’din id-dixxiplina.

Dakinhar kien Carlo Molfetta li kiseb id-deheb fil-kategorija ta’ 80kg. Fit-tielet post temm il-Korean Jun Jan Kor.

Fil-kategorija tad-49 kg tan-nisa kienet l-atleta Tajlandiża Panipak Wongpattanakit kisbet id-deheb.