It-tennisti Brittaniċi, Andy Murray u Joe Salisbury b’sorpriża fit-tennis eliminaw lis-seed numru tnejn, Nicolas Mahut u Pierre-Hugue Herbert f’sets dirett ta’ 6-3 6-2, biex b’hekk issa se jaffaċċjaw lit-tennisti Ġermaniżi Kevin Krawietz u Tim Puetz wara li għelbu lit-tennisti tal-Arġentina, Facundo Bagnis u Diego Schwartzman.
Mahut u Herbert kienu fost il-favoriti li jiksbu d-deheb f’dawn l-Olimpjadi iżda kienu eliminati fl-ewwel rawnd. L-għażla ta’ Murray għal dawn l-Olimpjadi kienet waħda sorpriża hekk kif fl-aħħar snin tilef bosta partiti minħabba injuries.
//= $special ?>