Lokali

Protesta fil-Belt Valletta kontra l-vaċċin tal-Covid-19

Ara l-filmat hawnhekk.

Mijiet ta’ persuni ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta fi protesta kontra l-vaċċin tal-Covid-19 u b’talba biex jitnaqqsu l-miżuri restrittivi li għandna bħalissa f’Malta mmirati biex inaqqsu t-tixrid tal-imxija. Id-dimostrazzjoani oriġinarjament kienet organizzata mill-Human Health Alliance.

Il-folla għaddiet minn diversi toroq prinċipali tal-Belt u fost oħrajn waqfet quddiem Kastilja u kif ukoll quddiem il-Parlament.

Preżentament Malta tinsab f’nofs mewġa oħra ta’ każijiet ta’ COVID-19, bl-ammont ta’ każijiet attivi baqgħu jiżdiedu fl-aħħar jiem b’dawk attivi jaqbżu sew l-elfejn… infatti dimostrazzjoni bħal din wasslet lil xi wħud sabiex jistaqsu jekk il-ġbir fi grupp kbir ta’ nies fil-Belt Valletta kienx l-idea t-tajba fiċ-ċirkostanzi preżenti.

Il-messaġġi mill-persuni preżenti, b’uħud libsin il-maskra u oħrajn mingħajrha, stqarrew li jridu l-libertà tal-għażla mingħajr ma tkun imposta fuqhom it-tilqima tal-Covid-19. Huma qabblu wkoll lil min ħa l-vaċċin ma’ skjavi.

Numru ta’ dimostranti infatti sa anki għamlu stqarrijiet estremi u qabblu lilhom infushom ma’ Lhud ippersegwitati fit-Tieni Gwerra Dinjija, b’uħud kienu liebsin san anki stilla safra, simili ħafna tal-istilel li l-Lhud kienu mġiegħla jilbsu min-Nażisti.