Internazzjonali

Tintemm it-tfittxija iżda mara għadha rrappurtata nieqsa

Intemmet it-tfittxija mill-awtoritajiet Amerikani wara li kważi 100 persuna nqatlu meta Champlain Towers South… binja ta’ 12-il sular… li kienet krollat fis-sigħat bikrin tal-24 ta’ Ġunju.

L-aħħar rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-fdalijiet ta’ Estelle Hedaya, vittma ta’ 54 sena għadha ma nstabitx.

Sfortunatament, ħadd ma nħareġ ħaj mit-terrapien, u uffiċjali qalbu minn missjoni ta’ tfittxija u salvataġġ għall- missjoni ta’ rkupru tal-katavri.