Internazzjonali

Tmut il-balena Toa

Ritratt: Getty Images

Mietet il-balena bl-isem ta’ Toa li 10 t’ijiem ilu spiċċat fuq l-art viċin il-kapitali Wellington ta’ New Zealand wara tfittxija ddisprata biex issib il-familja tagħha fl-ibħra fil-qrib.

Il-balena għandha bejn xahrejn sa sitt xhur u twila madwar żewġ metri u nofs.

Mijiet ta’ nies  spiċċaw jivvolontarjaw biex jgħinu fit-tfittxija, iżda t-tfittxija r-riżultat fin-negattiv għal numru ta’ jiem sakemm l-balena Toa nstabet minn żewġ adolexxenti qrib xi blat fi Plimmerton, fit-tramuntana ta’ Wellington.

Il-Konservazzjonisti poġġew lill-balena f’għadira apposta fejn kienet qed tkun mitmugħa permezz ta’ ikel speċjali kull erba’ sigħat. Madankollu l-kundizzjoni tagħha marret għall-agħar nhar il-Ġimgħa, fejn filfatt l-veterinarji ppruvaw minn kollox biex jgħinu lil dan il-mamiferu tal-baħar li  iżda ma setgħux isalvawh u sfortunatament il-balena mietet.