Lokali

VOX POP: In-nies kif qed iqattgħu s-sajf?

Ninsabu fl-eqqel tal-istaġun tas-Sajf. Iżda l-Maltin kif qed iqattgħu dawn l-aħħar ġranet?

Net News żar il-Belt Valletta fejn staqsa lil dawk li kienu jinsabu fil-Kapitali.

Staqsejna wkoll jekk għandhomx ħsieb li jsiefru tul dan is-sajf…b’ħafna juru tħassib anki minħabba l-Covid-19….

In-nies wieġbu wkoll għad-domanda tagħna dwar x’se jagħmlu fil-jiem ta’ madwar -il 15 ta’ Awwissu.

Intant… Wara jiem ta’ riħ pjuttost qawwi u żiffa friska matul il-lejl, jidher li fil-ġranet li ġejjin it-temperaturi f’pajjiżna se jerġgħu jgħollu rashom.

Diversi siti qed jindikaw li bejn il-Ħadd u t-Tnejn se nħossu s-sħana tiżdied sew. Fil-fatt, fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla it-temperatura mistennija titla’ għal 35 grad. U l-inqas bil-lejl se tkun 25 grad celcius.

Matul ix-xahar ta’ Ġunju ġiet irreġistrata l-ogħla temperatura għal dak ix-xahar, illi kienet 41.5 grad celsius fl-aħħar jum ta’ Ġunju.