Sport Sport Ieħor

Olimpjadi – Sparar: Yang Qian tirbaħ l-ewwel midalja tad-deheb

(Ritratt: EPA)

It-tiratriċi Ċiniża Yang Qian rebħet l-ewwel midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Tokjo meta f’finali drammatika rebħet il-kompetizzjoni tat-10m air rifle.

Iż-żagħżugħa ta’ 21 sena rnexxielha twaqqaf ukoll rekord Olimpiku ta’ 251.8 punt, bil-finali tkun waħda ntensa hekk kif it-tiratriċi Russa Anastasiia Galashina kisbet il-fidda wara shoot-off ta’ 25 tir, bi Qian tirbaħ fl-aħħar sparatura. Fit-tielet post u b’hekk kisbet il-bronż, it-tiratriċi Żvizzera Nina Christen li kisbet 230.6 punti